L-Ikla Annwali ta’ qabel il-Festa

2.8 Il-bieraħ, is-Sibt 2 t’Awwissu, 2014 saret l-Ikla Annwali li ssir qabel il-Festa fil-bitħa tal-Każin. F’atmosfera familjari l-bitħa kienet mimlija bin-nies fejn din l-attivita’ li issa ilha ssir għal diversi snin jidher li daħlet sew fil-Kalendarju tal-attivitajiet organizzati mill-Każin tal-Banda. L-attivita’ li jmiss hija l-Barbeque tas-sajf li ser isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu, 2014 fil-Mellieha Holiday Complex.