L-Ikla Familjari tal-11 ta’ Novembru

Nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali organizzat Ikla Familjari fis-Sala tal-Kunċerti ta’ Palazzo Huesca.  F’Sala ppakjata kulħadd ħareġ sodisfatt kemm bl-ikel kif ukoll bl-atmosfera li kien hemm f’din is-Sala li matul din is-sena sar xogħol estensiv fuqha. L-attivita li jmiss hija l-Ikla tal-Milied li ser issir nhar it-Tlieta 12 ta’ Diċembru fil-Lukanda Preluna, Sliema.