L-Ikla Grandjuża tal-Festa – Nhar it-Tnejn 2 t’Awwissu

Nhar it-Tnejn 2 t’Awwissu bħalma saret l-użanza saret l-Ikla Grandjuża ta’ qabel il-Festa ta’ San Lawrenz. Din l-ikla ġiet organizzata mill-entitajiet kollha li jorganizzaw il-festa – Każin tal-Banda, Kumitat tal-Festa, Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu, Għaqda Armar tal-Knisja u Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi. Il-Pjazza ewlenija tal-Birgu kienet mimlija b’attivita` mit-8 ta’ filgħaxija ‘il quddiem bi spettaklu minn diversi żeffiena u kantanti. Attendenza kbira ħonqot l-akbar wesgħa tal-Belt tagħna fejn kulħadd ħareġ sodisfatt f’Lejla verament sabieħa.
Ikla bi Spettaklu ġewwa l-Pjazza