L-Ikla tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz – L-Erbgħa 29 ta’ Mejju, 2019

 

Bħalma jsir ta’ kull sena l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ ser tkun qed torganizza Ikla Familjari fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz, fuq iz-Zuntier tal-Knisja taħt il-kampnar nhar il-Erbgħa 29 ta’ Mejju, 2019 mit-8pm il-quddiem. Il-prezz ser ikun ta’ € 15 u dan jinkudi Penne Amatriciana bħala Starter, Laħam, Tiġieġ jew Ħut bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza inbid.

Kull min huwa interessat li jattendi għandu javviċina lis-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew lis-Sur Noel Gauci fuq 9945 5023 . Importanti li taħsbu kmieni biex ma toħorġux diżappuntati.