L-Ikla tal-Festa 2018

L-aħħar Ikla ta’ qabel il-Festa saret nhar is-Sibt 28 ta’Lulju, 2018 fuq iz-zuntier tal-knisja fejn din kienet suċċess kbir b’numru kbir ta’partitarji li attendew joħorġu sodisfatti ħafna kemm bl-organizazzjoni kif ukoll bil-kwalita’ ta’ ikel. Matul is-sena li għaddiet il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ħadmet ħafna sabiex dawn l-ikliet kibru biex saru wkoll sors ta’ dħul finanzjarju ieħor għas-Soċjeta’. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-attendenza u l-fiduċja.