L-Ikla tal-Karnival

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, 2017 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Muzikali San Lawrenz organizzat l-Ikla Familjari tal-Karnival fis-Swan Lake Restaurant, Marsascala. Attendenza tajba ħafna attendiet għal din l-attivita’ fejn kulħadd ħareġ sodisfatt. L-attivita’ li jmiss huwa l-Buffet Breakfast li jsir ta’ kull sena nhar Sibt il-Għid din id-darba fil-15 t’April.  Il-prezz għal din l-attivita’ ser ikun ta’ €10 li jinkludi l-Ikel u tazza inbid. Għal aktar dettalji wieħed għandu jagħmel kuntatt mas-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288.