L-Ikla tal-Milied

pic-xmas-dinner

Nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru, 2016 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat l-Ikla tal-Milied fl-Sky Room tal-Lukanda Preluna, Sliema.  Attendenza tajba ħafna attendiet għal din l-attivita’ fejn kulħadd ħareġ sodisfatt li għaddejna lejla sabiħa flimkien lejlet dawn il-Festi tant sbieħ tal-Milied. L-attivita’ li jmiss tkun il-Party tal-Milied li bħal dejjem ser isir nhar il-Erbgħa 28 ta’ Diċembru,2016 fis-Swali prinċipali ta’ Palazzo Huesca. Grazzi tal-appoġġ li dejjem insibu mingħand il-bandisti, membri u partitarji tal-Banda tal-Birgu.