L-operat jibqa għaddej b’diversi laqgħat online

 

 

 

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, 2020 inkitbet paġna oħra fl-istorja tas-Soċjeta’ hekk kif saret għall-ewwel darba Laqgħa tal-Kumitat online. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti u biex l-operat jibqa għaddej mingħajr ebda skossi ġie deċiż li l-laqgħat isiru online dan sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.

Barra minn dan nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu saret Laqgħa mar-rappreżentanti tal-Għaqda Każini Banda dwar l-effett li l-Covid-19 ser tħalli fuq il-każini in vista ta’ x’rimedji jista jkun hemm.