|
Nhar is-Sibt 10 ta’ Diċembru, il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizza laqgħa għall-barranin li joqogħdu fil-Birgu. Din il-laqgħa, li kellha skop soċjali kif ukoll li tintroduċi il-każin lill-persuni barranin li ingħaqdu magħna f’Beltna, tista’ tgħid li kienet suċċess għax għalkemm attendew ftit persuni barranin, dawn urew interesss kbir, tant li kien hemm fosthom wegħduna li ser iħajru lill-sħabhom jiġu meta ssir laqgħa oħra ta’ din ix-xorta. Grazzi għall-interventi u l-lectures mogħtija fuq il-Birgu u fuq l-esperjenza tal-Banda fil-festa u fil-ħajja soċjali tal-Birgu, din il-laqgħa kienet waħda interessanti ferm. Żgur li matul is-sena 2012 ser naraw iktar attivitajiet simili. |