|
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu, 2015 fis-7pm ser issir Laqgħa u Riċeviment għall-Bandisti tal-post u allievi li bħalissa qegħdin jitgħallmu fl-Iskola tal-Mużika tas-Soċjeta’. Dan ser ikun qed isir sabiex kemm il-bandisti kif ukoll l-allievi jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu mas-Surmast il-ġdid Jonathan Abela fejn f’atmosfera informali jkunu jistgħu jitkellmu miegħu. Is-Surmast Abela ser ikun qed jibda l-ħidma tiegħu fl-iskola tal-mużika l-għada s-Sibt 7 ta’Marzu bil-lezzjonijiet lill-istudenti li qed jistudjaw fuq strument tar-ramm. |