Laqgħa Soċjali għaċ-Ċittadini Barranin li joqogħdu fil-Birgu

Nhar is-Sibt 10 ta’ Diċembru, il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser ikun qed jistieden liċ-ċiitadini barranin li joqogħdu fil-Birgu għal-laqgħa soċjali. Din il-laqgħa ser tkun qed issir fis-swali tas-Soċjeta`. Iċ-ċittadini barranin ser ikollhom l-opportunita` li jisimgħu lecture qasir fuq l-istorja tal-Birgu, mogħti minn Dennis Darmanin, l-esperjenza tal-ħabib tagħna Geert Sciot fil-Birgu, kif ukoll kelmtejn ta;’ merħba mill-President tas-Soċjeta`, Lawrence V. Farrugia. Wara jkun hemm riċeviment qasir. Żgur li din hi opportunita` sabiħa sabiex nkomplu nkabbru l-familja Vittorjożana.