Launch ta’ CD u Red Lager Party

Nhar l-Erbgħa 3 t’Awwissu, il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser ikun qed jagħmel il-Launch tac-CD tal-marċi Brijużi ġdida. Wara jsegwi l-appuntament annwali ta’ Red Lager Night ġewwa l-każin. Il-Palmiżi kollha huma mistiedna jattendu għal din l-attivita` biex flimkien nkomplu niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz.