Lawrence Renes iżur Palazzo Huesca

Nhar il-Ħadd li għadda 27 ta’ Jannar, 2019 id-Direttur Mużikali ta’ fama internazzjonali Lawrence Renes żar Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz. Huwa ġie mdawwar madwar dan il-Palazz uniku f’Beltna fejn baqa’ impressjonat bil-ġmiel u r-rikkezzi, speċjalment dawk mużikali, li jipposjedi. Renes kien jinsab f’pajjiżna hekk kif ġurnata qabel huwa tella’ kunċert flmkien mal-Malta Philarmonic Orchestra  ‘The Romantic Symphony’.   Imwieled fl-1970 Lawrence Renes għandu rabtiet kbar mal-Belt tagħna u ma’ San Lawrenz peress li ommu hija mill-Birgu u  fuq kollox kif jindika ismu. Fl-edizzjoni li jmiss tal-Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz huwa ser ikun interviżtat minn Paul Micallef fir-rubrika Wiċċ imb’wiċċ.