Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz – Ħarġa Nru. 82


Ħarġa Nru. 82 Il-Pubblikazzjoni tas-Soċjeta` li toħroġ kull xahrejn reġgħet ġiet għal darb’oħra ppubblikata. Il-ħarġa numru 82, li hi l-ħarġa speċjali għall-Festa 2014, għax-xhur ta’ Lulju – Awwissu 2014, qed titqassam fid-djar tal-Membri, il-Bandisti tas-Soċjeta` kif ukoll il-persuni kollha tal-Birgu matul din il-ġimgħa. Nħeġġiġkom sabiex iżżuru is-sezzjoni pubblikazzjonijiet f’dan is-sit sabiex taraw din il-ħarġa, u taqraw l-Artikli interessanti li fiha.