Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz – Ħarġa Nru. 106

 

 

Il-Pubblikazzjoni tas-Soċjeta` li toħroġ kull xahrejn reġgħet ġiet għal darb’oħra ppubblikata. Il-ħarġa numru 106, għax-xhur ta’ Lulju – Awwissu 2018, li hi l-edizzjoni speċjali tal-Festa u r-raba’ waħda għal din is-sena, qiegħda titqassam fid-djar tal-Membri u l-Bandisti tas-Soċjeta`, kif ukoll fid-djar kollha Vittoriosani. Nħeġġiġkom sabiex iżżuru is-sezzjoni pubblikazzjonijiet f’dan is-sit sabiex taraw din il-ħarġa, u taqraw l-Artikli interessanti li fiha.