Logħba t’esebizzjoni għall-ftuħ mill-ġdid tas-Sala tal-Billiard – Il-Ġimgħa 7 ta’ Frar

Snooker Nhar il-Ġimgħa 7 ta’Frar, 2014 ser terġa tinfetaħ is-Sala tal-Billiard wara li matul il-ġimgħa li ġejja ser isir ix-xogħol fuq il-bdil tal-pannu taż-żewġ imwejjed. Għal din l-okkażjoni ser issir logħba ta’ esebizzjoni bejn Duncan Bezzina u Aaron Busuttil li tibda fis-630pm. Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi għal din l-attivita’.