Marċ fenomenali tal-Antevigilja

Marċ kbir il-bieraħ it-Tlieta 8 t’Awwissu filgħaxija madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li akkumpanjat l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja sa’ fuq il-kolonna. Il-Belt Vittoriosa kienet miżgħuda bin-nies fejn il-partitarji Palmiżi għamlu briju kbir mal-marċi brijużi mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li laħaq il-qofol tiegħu quddiem ‘Palazzo Huesca’ fejn il-kantant Ludwig Galea esegwixxa diversi siltiet mużikali fosthom l-aktar popolari ‘ Serenata lill- Birgu’ . Il-marċ kompla tul Triq il-Mina l-Kbira u hekk kif l-istatwa ttellgħet fuq il-kolonna bid-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz l-entużjażmu u l-briju kien wieħed kbir. Ġurnata oħra memorabbli fejn komplejna nsaħħu postna bħala l-aqwa festa fil-Kottonera u waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna