Marċ ta’ filgħodu eċċezzjonali

10513338_10152205366611851_7802410153824455949_n Dalgħodu madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa ddomina l-kulur aħmar fejn il-partitarji Lawrenzjani għamlu briju kbir mad-daqq tal-marċi brijużi mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Il-marċ beda fl-10am minn quddiem il-Knisja Kolleġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fejn laħaq il-qofol tiegħu għan-nofs in-nhar fi Triq il-Mina l-Kbira. Atmosfera meraviljuża fi t-tmiem grandjuż quddiem il-Palazz tas-Soċjeta’ fis-215pm.