Marċ tat- ‘Te Deum’ kolossali

IMG-20150810-WA0000 Il-marċ ta’ filgħodu magħruf aħjar bħala l-marċ tat-Te Deum kien marċ li ħoloq briju kbir mill-partitarji Palmiżi fejn dan ir-ritratt huwa xiehda tal-briju fenomenali li kien hemm tul Triq il-Mina l-Kbira. Dan il-marċ dejjem kien wieħed mill-aqwa li jsiru f’pajjiżna fejn il-Banda Vittoriosana San Lawreenz allegrat lil dawk preżenti b’marċi popolari. Il-marċ beda fl-1030am fejn għal ħabta tal-11am infetaħ il-ballun tradizzjonali fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa għad-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea. Il-marċ ġie fi tmiem tiegħu fit-245pm bi briju kbir quddiem ‘Palazzo Huesca’, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fejn intemm bid-daqq tal-Innu Marċ taċ-Ċentinarju tal-ex Surmast Paul Schembri.