Maratona ta’ Snooker fi tmiem il-ġimgħa li ġejja

snooker Bejn nhar il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Diċembru, 2015 fis-Sala tal-Billiards ser tiġi organizzata Maratona ta’ 50 siegħa Snooker. Numru konsiderevoli ta’ players li jiffrekwentaw din is-Sala ser ikunu qegħdin jilagħbu lejl u nhar fi tmiem il-ġimgħa li ġejja. Il-ftuħ ta’ din il-Maratona ser isir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura l-Onorevoli Joe Mizzi fis-6 pm.