Maratona tas-Snooker b’risq il-Proġett tal-Irħam fil-Knisja

Il-Kummissjoni Billiard tas-Soċjeta` ser torganizza Maratona ta’ logħob ta’ Snooker mill-Ġimgħa 28 t’Ottubru sal-Ħadd 30 t’Ottubru. Din il-maratona qed tiġi organizzata b’risq l-ispejjeż involuti sabiex jiġi restawrat l-irħam tal-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Dan il-proġett hu wieħed ambizzjuż u bħala ċittadini tal-Birgu, kif ukoll bħala wlied din il-knisja u l-patrun tagħha San Lawrenz, inħossu li nistgħu nkunu ta’ għajnuna siewja permezz ta’ din il-Maratona. Għaldaqstant, qegħdin nistiednu lil kulħadd sabiex jagħti s-sostenn finanzjajru tiegħu permezz ta’ donazzjoni kif ukoll jattendi ġewwa s-Sala tal-Billiard tal-Każin għal din il-maratona waqt li jkun għaddej il-logħob fil-ħinijiet kollha ta’ bejn it-28 u t-30 t’Ottubru.