Maratona tas-Snooker

Nhar il-Ħadd 30 t’Ottubru ntemmet Maratona ta’ Logħob ta’ Snooker ta’ madwar 50 siegħa ġewwa s-Sala tal-Billiard tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz. Din il-Maratona ġiet organizzata mill-Kummissjoni Billiard bl-appoġġ sħieħ tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta` b’risq il-Proġett tal-Irħam ġewwa l-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Bil-parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ membri dilettanti tal-logħba tas-Snooker, din il-maratona bgħatet messaġġ pożittiv lill-poplu kollu Vittorjożan sabiex dan il-proġett hekk ambizzjuż isir bis-sehem tal-komunita` kollha Vittorjożana. Fi tmiem din il-Maratona, il-President tas-Soċjeta` is-Sur Lawrence V. Farrugia ppreżenta ċekk lill-Arċipriet tal-Parroċċa Dun Joe Cilia fejn dan irringrazzja mill-qalb lill-dawk kollha li ħadu sehem u kkontribwew sabiex din il-maratona tkun suċċess.