Marċ ta’ filgħodu fenomenali

Il-marċ tat-Te Deum 2018, illum il-Ħamis 9 t’Awwissu kien marċ ieħor mill-kbar li ħoloq briju mill-aqwa mill-partitarji Palmiżi madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa. Dan il-marċ dejjem kien wieħed mill-aqwa li jsiru f’pajjiżna fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz allegrat lil dawk preżenti b’marċi popolari mill-isbaħ. Il-marċ beda fl-1030am fejn hekk kif il-Banda waslet fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa nfetaħ il-ballun tradizzjonali fl-isfond tad-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea. Il-marċ kompla tul Triq il-Mina l-Kbira fejn kien fl-aqwa tal-briju tiegħu u ġie fi tmiem tiegħu fit-235pm bi briju kbir quddiem ‘Palazzo Huesca’, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz.