Flimkien mal-Banda ser ikun hemm diversi membri u sapporters tas-Soċjeta` li ser jakkumpanjaw lill-Banda San Lawrenz f’din il-mawra storika, li hi r-raba’ waħda fl-istorja tas-Soċjeta`. Filfatt, il-Banda San Lawrenz kienet żaret Catania, Palermo, Messina u Tuneż bejn is-snin 1898 u 1928.
Programm tal-Mawra
11 ta’ Diċembru | Tluq minn Malta lejn Brussell bl-Airmalta fl-3.50 pm fejn naslu hemm għall-ħabta ta’ 8 ta’ filgħaxija u transfer lejn il-Hotel Mercure f’ Louvain-la-Nueve. |
12 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon fl-10.00 am nattendu għall-Quddiesa ġewwa Louvain-La-Neuve. Fil-11.30 nitilqu lejn Nivelles fejn imbagħad fis-1.30 pm jibda Kunċert miż-żewġ baned fil-knisja kolleġġjata ta’ Nivelles. Fit-3.30 pm isir Riċeviment fil-Hotel De Ville u wara nżuru il-Christmas Market ta’ din il-Belt. Fis-6.00 pm nitilqu lejn Ceroux-Mousty u fit-8.00 pm ikollna ikla organizzata mill-Philharmonie Royale Concordia. |
13 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon eskurzjoni għal Maredsous fejn hemmhekk inżuru knisja u jkollna ukoll l-ikla ta’ nofsinhar. Fis-1.30 pm nitilqu lejn Dinant, li hi meqjusa l-World Capital of Saxo, fejn hemmhekk inżuru l-Adolphe Sax House. Imbgħad filgħaxija hu ħin liberu. |
14 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon nżuru l-Belt ta’ Bruges fejn nqattgħu il-ġurnata hemmhekk. Filgħaxija huwa ħin liberu. |
15 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon tour ta’ Louvain-la-Neuve li jinkludi Musee Herge (mużew tal-komics u kartoons), il-villaġġ tal-Milied u l-Esplanade Shopping Mall. Wara nofsinhar il-Banda ddoqq ġewwa il-Grand Place ta’ Louvain-La-Neuve, u fis-6.00 pm isir riċeviment mill-awtoritajiet ta’ Ottignies-Louvain-La-Neuve. Filgħaxija ħin liberu. |
16 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon nżuru Waterloo, il-post fejn Napuljun tilef l-aħħar battalja tiegħu. F’dan il-post nidħlu ġewwa l-Mużew Wellington u nżuru Site of the Lion. Filgħaxija hu ħin liberu |
17 ta’ Diċembru | Wara l-kolazzjon immorru Brussell fejn hemmhekk inżuru l-Grand Place, Christmas Market, u l-Parlament Ewropew. Fis 6.00 pm ta’ filgħaxija il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem f’Quddiesa organizzata ġewwa Dar Malta permezz ta’ daqq ta’ Christmas Carols u fis-7.00 pm jibda Kunċert organizzat mill-E.T. l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, flimkien mal-E.T. is-Sur Pierre Clive Agius, l-Ambaxxatur ta’ Malta għar-Renju tal-Belġju fejn ikun hemm mistiedna għal dan il-Kunċert il-Prim Ministru Malti, il-Membri Parlamentari Ewopej Maltin, il-komunita` Maltija fi Brussel, personalitajiet distinti eċċ. Wara l-kunċert ikollna riċeviment mogħti mill-Ambaxxatur Malti. |
18 ta’ Diċembru | Breakfast tradizzjonali tal-Milied ġewwa “Grange du Douaire” Ottignies. Wara jsir Riċeviment għall-Banda San Lawrenz, Imbgħad wara nofs in-nhar hu ħin liberu. Għal ħabta tal-4.30 pm isir transfer għal Ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-Air Malta KM 0395 li titlaq fit-8.10 pm u naslu Malta għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija. |