Mijiet ta’ Maltin u turisti jżuru ‘Palazzo Huesca’

Faccata Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mijiet ta’ Maltin u turisti żaru ‘Palazzo Huesca’, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Is-swali prinċipali kienu miftuħin għall-pubbliku bħala parti mill-Birgufest 2015. Kulħadd seta’ jammira l-ġmiel ta’ arkitettura li hemm f’dan il-Palazz uniku li kien armat għal din l-okkażjoni.