Mro. Abela f’Laqgħa mal-Bandisti u Allievi

Bandisti Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu, 2015 saret Laqgħa u Riċeviment għall-Bandisti u Allievi tal-Banda fejn dawn iltaqgħu mas-surmast il-ġdid Jonathan Abela. F’diskors qasir il-President tas-Soċjeta’ semma fost l-oħrajn l-impenn tal-Kumitat sabiex ikompli jinvesti fil-Banda sabiex il-futur ikun wieħed sabiħ. Huwa sostna l-appoġġ li l-Kumitat lest li jagħti lis-Surmast sabiex tul is-snin li ġejjin jintlaħqu l-miri stabbiliti. Is-Surmast Abela filwaqt li rringrazzja lil dawk li attendew qal li huwa importanti li kull min ikollu xi diffikulta jew xi suġġeriment huwa dejjem dispost li jisma u jiddiskuti dejjem fl-interess tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz.