Nhar il-Ħadd 8 ta’ Ġunju – L-Ewwel Tqarbina

hostelevation-240x240 Nhar il-Ħadd 8 ta’ Ġunju, 2014 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tieħu sehem fil-Proċessjoni li twassal lit-tfal sabiex jirċievu l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz . Is-servizz tal-Banda jibda fit-815am. Dan huwa kontribut ieħor mis-Soċjeta’ Muzikali San Lawrenz lejn il-Parroċċa fejn b’daqq ta’ Innijiet tallegra lit-tfal f’dan il-mument tant importanti fil-ħajja reliġjuza tagħhom.