Nhar is-Sibt l-aħħar fażi tal-għażla għal Surmast Direttur

Image Music Kollox lest għall-aħħar fażi tal-għażla tas-Surmast Direttur il-ġdid tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Dan hekk kif nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar wara nofs in-nhar ser issir l-Audition fis-Sala tal-Kunċerti tal-Każin. Fil-fatt minn tnax il-applikant huma sitta li għamluha għal fażi finali. Kull Surmast ser ikun qed jikkunċerta żewġ siltiet għal ħamsa u għoxrin minuta , fejn waħda minnhom ser tkun kompożizzjoni jew arranġament tiegħu. Wara li kull Surmast jagħmel ir-rehearsal, kull finalist jidderieġi silta waħda minn dawk li jkun ikkunċerta. Wara dan il-proċess il-board tal-għażla ser ikun qiegħed jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu u jgħaddu r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kumitat Ċentrali. Huwa mistenni li lejn tmiem dan ix-xahar ikun magħruf l-isem tas-Surmast il-ġdid għas-snin li ġejjin.