‘Palazzo Huesca’ b’kummenti impressjonanti waqt Birgu Fest 2016

img-20161009-wa0000

‘Stunning’ , ‘Wonderful’, ‘ Unique’, ‘ Xi ġmiel ta’ Palazz’, ‘ Meravilja’ – uħud mill-aġġettivi li nstemgħu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet minn dawk li ġew iżuru ‘Palazzo Huesca’ – sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Kienu mijiet kbar li mlew l-iswali kollha ta’ dan il-Palazz uniku b’mod partikolari nhar is-Sibt li għadda waqt il’ ‘Birgu by Candlelight’ bħala parti mill-Birgu Fest 2016.  Kulħadd kelma waħda jgħid xi ġmiel ta’ Palazz għandha l-Banda tal-Birgu. Palazz li jispikka f’nofs il-Pjazza ewlenija tal-Belt tagħna, Palazz li trid u ma’ tridx malli tkun ġol-Pjazza bilfors trid tħares lejh. Palazz li jitkejjel mhux bil-faċċata biss iżda b’dak li hemm ġewwa, dak li minkejja t-tibdil li sar matul is-snin xorta baqa jirrispetta l-oriġinalita` tiegħu u fuq kollox bl-attivita` kontinwa minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-sena kollha. Mhux ta’ b’xejn li kull min żarna baqa mistaġgħeb bil-Palazz li tipposjedi l-Banda tal-Birgu. Grazzi mill-qalb lil min żarna u tal-għajnuna.