‘Palazzo Huesca’ miftuħ għall-pubbliku fil-Birgufest 2015

wirja Bħala parti mill-attivitajiet li qed torganizza s-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fl-okkażjoni tal-Birgufest 2015, ser ikun hemm żewġ wirjiet f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Il-wirjiet li jkun miftuħin kemm il-Ġimgħa 9 kif ukoll is-Sibt 10 t’Ottubru mis-7 ta’ filgħaxija l-quddiem ser ikunu f’waħda mis-swali prinċipali tal-Palazz. Minbarra dan wieħed ikun jista jdur is-swali kollha sabiex japprezza r-rikkezzi li hemm f’dan il-Palazz uniku. Ser ikun hemm ukoll Book Fair f’kamra oħra tal-istess lokal. Fl-istess ġranet quddiem l-istess Palazz ser ikun hemm armati stands tal-Ikel tipiku Malti.