Party tal-Festa għat-tfal Palmiżi

Festa Kids Party

 

Għada s-Sibt 30 ta’ Lulju, mis-6.30pm ‘il quddiem, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi ser torganizza party tal-festa għat-tfal Palmiżi, bis-sehem ukoll tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fil-fatt, bejn is-7.00pm u t-7.45pm, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser iddoqq numru ta’ marċi brijużi sabiex tkompli tqajjem l-atmosfera. Ingħaqad magħna f’din l-attivita` fuq l-għatba ta’ Festa oħra kbira.