Party tal-Milied fil-Każin – Is-Sibt 28 ta’ Diċembru, 2013

Unison Band Bħalma jsir kull sena, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ser torganizza għal darb’oħra il-Party tal-Milied ġewwa l-każin bejn il-Milied u l-Ewwel tas-sena, preċiżament nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru, 2013. Minbarra li l-bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ ikunu qegħdin jiltaqgħu f’atmosfera familjari ser ikun hemm il-parteċipazzjoni tal-Unison Band li ser tferraħ lill-pubbliku preżenti b’diversi siltiet mużikali. Il-prezz issussidjat għal dan il-Party huwa ta’ €7 għall-membri u €10 għal dawk li m’humiex membri. Kull min huwa nteressat għandu javviċina lis-Sur Oscar Adami jew iċempel 9947 2142.