Party tal-Milied – Is-Sibt 28 ta’ Diċembru, 2019

 

Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru, 2019 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza l-Party tal-Milied. F’dan il-party annwali li ser isir fis-Swali Prinċipali ta’ Palazzo Huesca u li jibda fit-8pm, ser ikun hemm ikel u xorb kemm trid għall-prezz ta’ €10 kull persuna. Ikun hemm ukoll is-sehem tal-Grupp mużikali ‘Sunny & Freddie Newland’.

Importanti li taħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati. Għal aktar dettalji wieħed għandu jagħmel kuntatt ma’ Eugenio Pellicano fuq 7961 7288