|
Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru, fis-sala prinċipali tal-każin, sar il-Party tal-Milied tas-Soċjeta`. Dan il-Party attendew għalih diversi membri, bandisti kif ukoll ammiraturi tas-Soċjeta` u ċċelebrajna flimkien kif jixraq il-Milied u l-għeluq ta’ sena pożittiva ferm għall-każin tagħna. Filfatt, dan il-party sar ftit tal-jiem biss wara il-wasla tal-kontinġent li akkumpanja lill-Banda San Lawrenz fil-mawra suċċess ġewwa l-Belġju. F’atmosfera familjari għall-aħħar, il-party ta’ din is-sena kien animat minn diversi kantanti li ġew taw pjaċir lil kull min kien preżenti. Fid-diskors qasir tiegħu, il-President tas-Soċjeta` rringrazzja lill-kulħadd ta’ din is-sena pożittiva u ħabbar il-pjanijiet futuri tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa. |