Party tal-Milied l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru 2010

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser torganizza il-Party tal-Milied għall-membri u bandisti ġewwa l-każin. Dan il-party tradizzjonali, li sar sinonimu mal-każin, din is-sena ser ikun organizzat kemmxejn differenti, billi il-Kummissjoni Milied fi ħdan is-Soċjeta` ħasbet li torganizzah fil-Jiem ta’ qabel il-Milied u mhux wara kif kien isir sas-sena l-oħra. Barra minn hekk, bl-iskop li jiżdied id-divertiment, din is-sena ser jingħaqdu magħna diversi kantanti fosthom Greta Attard. Dan il-Party ser ikun okkażjoni sabiħa għall-Get together għall-grupp li jkun akkumpanja lill-Banda San Lawrenz fil-mawra tagħha ġewwa l-Belġju. Il-Prezz hu ta’ 7 ewro għall-membri u 10 ewro għal dawk li m’humiex membri. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Bar tal-każin kif ukoll mingħand is-Sur Oscar Adami, kaxxier tas-Soċjeta`.