Pisani/Gravina jirbħu l-aħħar kompetizzjoni tal-istaġun

Snooker Nhar il-Erbgħa 1 ta’ Ġunju, 2016 ġie fi tmiemu l-istaġun tal-Isnooker 2015/16 meta ntlagħbet il-finali tad-doubles f’kompetizzjoni li daħlu 28 kompetitur. Il-finali intrebħet mill-koppja Chris Pisani u Emanuel Gravina li għelbu lil Lawrence Mizzi u Brian Ellul 2-1. Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-trofew lill-finalisti mis-Sur Lawrence Gonzi.