Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem b’marċ brijuż fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, fir-Rabat, Għawdex nhar it-Tnejn 13 t’Awwissu, 2018. Għal dan is-servizz is-Soċjeta’ Mużikali Lawrenz qed torganizza private li titlaq minn quddiem il-kazin fl-15.45 għall-prezz ta’ €20 li jinkludi t-trasport kollu u Ikla qabel il-marċ. Il-biljett tal-vapur mhux inkluż. Biljetti mingħand Eugenio Pellicano jew fuq 9949 7734. Importanti li taħsbu kmieni għax postijiet huma limitati.