Privates għal San Lawrenz, Għawdex – Il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju, 2017

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed torganizza Privates għal Għawdex sabiex il-partitarji  jkunu jistgħu jakkumpanjaw lill-Banda tal-Birgu nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju, 2017 fil-Festa ta’ San Lawrenz, Għawdex. Ser ikun hemm żewġ ħinjiet ta’ tluq fejn fl-345pm ser titlaq private għall-prezz ta’ €20 kull persuna li jinkludi t-trasport kollu u ikla qabel il-marċ. Private oħra titlaq fis-6pm fejn il-prezz ikun ta’ €10 li jinkorpora t-trasport kollu. In-noll tal-vapur mhux inkluz fil-prezzijiet. Biljetti jistgħu jinkisbu mingħand Eugenio Pellicano jew fuq 7961 7288. Importanti li taħsbu kmieni biex ma’ tkunux diżappuntati.