Programm Funebru mill-Bandisti u Allievi tal-Banda

 

Nhar il-Ħadd 9 t’ April, 2017, Jum Ħadd il-Palm, l-Allievi u l-Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Banda San Ġużepp, Kalkara tellgħu Programm Mużikali għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. F’dan il-Programm li minħabba l-maltemp sar fis-Sala tal-Kappillan fil-Kalkara, il-Banda esegwiet diversi siltiet mużikali ta’ mużika sagra u marċi funebri adattati ma’ dawn iż-żminijiet. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tal -Assistent Surmast Francois Borg u l-Għalliem Andrew Zarb