Programm Mużikali Annwali 2012

Nhar is-Sibt 28 t’April, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed ittella’ il-Programm Mużikali Annwali tagħha għas-sena 2012. Għal darb’oħra, il-Kumitat tas-Soċjeta` ħaseb li dan il-programm isir fil-qalba tal-Belt Vittoriosa preċiżament fis-Sala Parrokkjali f’Misraħ ir-Rebħa. Il-Programm Mużikali jibda fis-7.30 pm. Kull min jixtieq jirriserva post għandu jibgħat SMS jew iċempel fuq 9947 0041 jew jibghat e-mail fuq info@stlawrencebandclub.com. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri bil-programm li ser jindaqq ikun dan:-
The Planets Jupiter Gustav Holst
Capriccio Spagnol Rimsky Korsakov
Concert Puccini William Hautvast
Selection West Side Story Leonard Bernstein
Song Bohemian Rhapsody Tim Waters
Theme Everything I Do, I Do It For You Ron Sebregts
Waltz No. 2 Dimitri Shostakovich
Blues The Blues Factory Jacob De Haan
Spanish La Virgen De La Macarena Calvin Cluster
Fantasia Themes From Walt Disney Johnnie Vinson
Selection A Night At The Ballet P. I. Tchaikovsky
Innu Banda San Lawrenz H.H. Dalli