Programm Mużikali Annwali – 30 Sena President

Nhar is-Sibt 28 t’Ottubru, 2017 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz esegwiet il-Programm Mużikali Annwali tagħha fejn dan sar fil-Main Auditorium fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Dan il-Programm fakkar it-30 sena Presidenza tas-Sur Lawrence V. Farrugia li ilu f’din il-kariga prestiġjuża mis-sena 1987. Il-Banda li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Jonathan Abela għaddiet programm varjat fejn fost il-bċejjeċ muzikali li ndaqqu kien hemm French Comedy, Funeral March of a Marionette, Di Providenza il Mar, The Provenance, Harry Potter Symphonic Suite, Abracadabra, Acclamations, The Godfather Saga, Pixar Movie Magic u Canta Napoli. Programm ieħor mill-kbar u suċċess mill-Banda tal-Birgu.