Programm Mużikali ieħor ta’ klassi – ‘The Eu in Concert’

20140807_233429 Għal darb’oħra l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet il-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ din id-darba bit-tema ‘The Eu in Concert’. Quddiem pjazza maħnuqa bin-nies il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri tat wirja mill-aqwa fejn flimkien ma’ diversi kantanti u żeffiena paxxiet lill-pubbliku preżenti. Mal-bidu tal-Programm ġie nawgurat il-Leġiju l-ġdid tal-Planċier irregalat lis-Soċjeta’ mis-Sur Konrad Baldacchino, Kap Eżekuttiv tal-kumpanija JAC Steel Ltd.