Programm Mużikali mill-aqwa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

VIF Programm Vokali u Strumentali stupend mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz nhar il-Ġimgħa 7 t’Awwissu fil-‘Vittoriosa in Festa.’ Il-programm bit-tema ‘ Hakuna Matata – A journey through Disney’ kien suċċess minn kull aspett. Wara li fl-ewwel parti ngħata ‘ommaġġ’ lis-Surmast Paul Schembri li kien qed itemm 35 sena servizz mal-Banda, is-Surmast Jonathan Abela sar uffiċjalment is-Surmast Direttur tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Huwa mexxa programm mżewwaq fejn ħadu sehem fih il-kantanti Janvil, Nathalie Pace u Tiziana Calleja flimkien mal-grupp t’animazzjoni ‘Centre Stage’. Fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa ppakkjata bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda fejn anki kien hemm kliem ta’ tifħir kbir wara dan il-Kunċert Mużikali. Prosit lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex ittellgħa Programm Mużikali Kbir.