Programm Mużikali Storiku

Kunċert memorabbli mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li flimkien mal-Ghaqda Filarmonika Prince of Wales Own esegwixxew il-bieraħ is-Sibt 5 ta’ Settembru fl-okkażjoni tal-450 sena anniversarju tal-Assedju l-Kbir. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmastrijiet rispettivi Jonathan Abela u Emanuel Spagnol.Taħt id-direzzoni tas-Surmast Abela l-Banda konġunta esegwiet l-Marcia Sinfonica ‘Alba D’Amore’ ta’ Giovanni Giumarra, l-Overture Die Fliedermaus ta’ Johan Struass, The Provenance komposizzjoni tas-Surmast Abela stess u Oregon komposizzjoni ta’ Jacob de Haan.