Programm Mużikali tal-Milied – Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru, 2015

untitled Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz flimkien mal-Għaqda Mużikali San Gużepp ser itellgħu Programm tal-Milied mill-Allievi u Bandisti tal-post taż-żewġ Soċjetajiet nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru, 2015. Il-Programm li jibda fl-1030 ta’ filgħodu ser isir fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa fejn ser jindaqqu siltiet relatati mal-Festi tal-Milied. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.