Programm Mużikali fenomenali mill-Banda tal-Birgu

Programm Vokali u Strumentali fenomenali mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz it-Tlieta 7 t’Awwissu fil-‘Vittoriosa in Festa’ din is-sena bit-tema ‘Clash of the Centuries’. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistant Surmast Francois Borg huma mexxew programm mżewwaq fejn ħadu sehem fih il-kantanti Ozzy Lino, Lello, Jasmine , Christian Arding, il-grupp Dancing Angels flimkien mal-kitarritsa Mark Galea. Fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa ppakkjata bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda . Il-Kummissjoni Banda tixtieq tirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex ittella’  Programm Mużikali ieħor Kbir. Konferma oħra tal-progress kbir li qed isir fejn il-Banda tal-Birgu tibqa fost l-ewlenin fil-gżejjer Maltin.