Programm Mużikali Grandjuż mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

Programm Vokali u Strumentali fenomenali mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz l-Erbgħa 7 t’Awwissu, 2019 fil-‘Vittoriosa in Festa’ din is-sena bit-tema ‘ A Musical Odyssey’. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistant Surmast Francois Borg ħadu sehem fih il-kantanti Ozzy Lino, Jasmine , Christian Arding flimkien mal-kitarrista Mark Galea.

Fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa mifqugħha bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda .  Mument partikolari kien fis-silta ‘We Will Rock You’ li fiha ħadu sehem l-allievi tas-Soċjeta Mużikali San Lawrenz.

Il-Kummissjoni Banda tixtieq tirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex ittella’  Programm Mużikali ieħor Kbir. Konferma oħra tal-progress kbir li qed isir fejn il-Banda tal-Birgu tibqa fost l-ewlenin fil-gżejjer Maltin.