Programm Mużikali mill-Bandisti tal-post u l-Allievi – Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, 2018

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa flimkien mal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara għal darb’oħra ser ikunu qegħdin itellgħu Programm Funebri u ta’ mużika tal-Ġimgħa Mqaddsa bis-sehem tal-bandisti u allievi tal-post taż-żewġ soċjetajiet mużikali. Dan il-Programm ser isir nhar Ħadd il-Palm 25 ta’ Marzu, 2018 fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa u jibda fl-10.30am. Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Francois Borg.