Bħala parti mill-proġett tal-Aġenzija Żgħażagħ ‘Nibnu futur fid-direzzjoni’ il-bieraħ il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet Programm Mużikali fuq iż-żuntier tal-Knisja.
Total ta’ disa’ diretturi mużikali t’etajiet varji ddiriġew il-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fost dawn kien hemm l-Assistent Surmast tal-Banda Francois Borg kif ukoll il-Bandist tal-post u Arkivista Chris Pisani. Programm suċċess li kompla jikkonferma l-impenn tal-Banda sabiex inkomplu nkabbru l-kultura mużikali f’pajjiżna. Il-Banda tal-Birgu dejjem l-ewwel bl-aqwa.