PURĊISSJONI FIL-FESTA TA’ SANTA KATARINA – FESTI 300 SENA ANNIVERSARJU KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA

 

 

 

Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2022, saret mill-ġdid il-purċissjoni ta’ Santa Katarina fil-Parroċċa tal-Belt Vittoriosa bħala parti minn dawn il-festi ċentinarji. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz akkumpanjat din il-purċissjoni flimkien mal-baned li jiċċelebraw il-Festa ta’ Santa Katarina, jiġifieri Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M., BELAND u Għaqda Banda Żejtun.